top of page

Pawlu Muscat

Kollezzjoni ta' figuri u mudelli relatati mal-kultura
soċjo-reliġjuża f'Malta

Logos (4).png
image (6).png
IMG_2714.JPG

Bijografija

Pawlu Muscat twieled il-Ġermanja fid-9 ta' Novembrufl-1969 u għex u trabba f'Birkirkara. Minn età żgħira wera nteress fl-arti u fl-artiġjanat tradizzjonali Malti, interess li matul is-snin żviluppa u wasslu biex flimkien mal-familja jniedu l-proġett MUSart.

 

Huwa miżżewweġ lil Terry Muscat u għandu żewġt itfal, Andreas u Elena, li flimkien jagħtu kontribut siewi fil-qasam tal-kultura Maltija.

Dan l-interess ġie mqanqal f'Pawlu ta' età  żgħira minn zijuh Fredu Muscat, delettant minn Birkirkara li baqa’ jagħmel presepju ġdid kull sena sal-aħħar snin ta’ ħajtu. Għalkemm Pawlu ħadem f’diversi oqsma marbuta mal-festi f’Malta, huwa l-aktar magħruf għall-ħidma tiegħu fl-għamla tal-Pasturi Maltin. Il-kollezzjoni ta’ pasturi maħduma minnu tinkludi għadd ta’ karattri li juru elementi tal-ħajja u tal-kultura Maltija tradizzjonali, fosthom l-użu ta’ materjali antik, ilbies tradizzjonali, kif ukoll figuri marbuta mal-kultura u r-reliġjon f'Malta. Matul is-snin, dan ix-xogħol kiseb popolarità fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

578978586_24739312342437383_6677798289857365437_n.jpg
Logos (4).png

Il-Kollezzjoni ta' dawn l-aħħar ħamsin sena minn ġenerazzjonijiet tal-familja Muscat.

IMG_2674.JPG

Milied

Kollezzjoni ta' pasturi maħdumin minn Pawlu Muscat u oħrajn li ġew maħdumin dawn l-aħħar ħamsin sena. Il-kollezzjoni tinkludi madwar 125 sett pasturi ta' diversi għamliet, qisien u materjali.

DSC01973.JPG

Ġimgħa Kbira

Diversi settijiet ta' vari li nħadmu fi snin tmenin minn diversi artisti. Flimkien ma' minjatura ta' purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, simboli u aċċessorji konnessi ma' dawn ż-żminijiet.

DSC01959.JPG

Festi

Disinni ta' pavaljuni u bandalori li saru għal diversi festi madwar Malta.
Il-kollezzjoni tkompli b'minjatura ta' armar li naraw fit-toroq kif ukoll minjatura ta' kamra tan-nar. Il-qofol jintlaħaq b'kollezzjoni mdaqqsa ta' statwi titulari u aċċessorji li jintramaw fuq l-artali fil-festi matul is-sena lituġika. 

Intervisti

Attivitajiet

  • Multiple Dates
    Tue, 31 Mar
    25 Grech Delicata
    31 Mar 2026, 18:00 – 22:00
    25 Grech Delicata, 25 Grech Delicata, Birkirkara, Malta
    Għal dan iż-żmien speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa, MUSart se jkun miftuħ għall-pubbliku f’dawn il-ġranet u ħinijiet. Parti mill-mużew se tkun armata apposta għal dawn iż-żminijiet, sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu japprezzaw aħjar it-tifsira ta’ dan il-perjodu liturġiku.

Grazzi

bottom of page