
L-Artiġjan
Workshop fejn Pawlu, flimkien ma' martu Terry, jagħmlu diversi statwi u oġġetti marbutin mal-folklor soċjo-reliġjuz f'Malta.
Pasturi Tradizzjonali Maltin

Sett li jinkludi 85 pastur differenti, li jirriflettu l-karattru u l-ħajja ta' missirijietna fl-irħula tagħna. Kull pastur huwa magħmul bl-idejn u l-materjal użat jagħmlu uniku għal dak li nsibu illum il-ġurnata. Kull pastur jirrapreżenta karattru, xogħol, u tradizzjoni Maltija, l-iktar popolari fosthom, huma tal-pastizzi, tal-għonella, San Ġorġ Preca u d-daqqaqa.
Presepji
.png)
Din in-namra ntirtet miz-ziju ta' Pawlu - Fredu Muscat, fejn minn mindu kien zgħir kien jagħmel presepju ġdid kull sena. Illum il-ġurnata, Pawlu flimkien mal-familja jagħtu lezzjonijiet ta' kif isir l-presepju tradizzjonali Malti tal-kartapesta.
Statwi Ġimgħa Kbira

Pawlu jieħu ħsieb biex it-tradizzjoni tal-istatwi ta' meta kien tifel tibqa hajja billi jaħdem statwi bl-idejn ta' kull qies, minn dawk tradizzjonali tas-sitt pulzieri, sa, dawk irfinuti tal-pied. Huwa wkoll jagħmel ħafna xogħol ta' simboli, anġli u sepulkri li huma konnessi ma' dawn iż-żminijiet.
Vari Titulari

Il-kumplament tas-sena liturġika Pawlu jħejji ħafna vari titulari, maħdumin stil tradizzjonali u dawk aktar irfinuti, skont it-talba tal-kollezzjonist. Barra minn hekk hu jieħu ħsieb biex l-artal ikun armat sew skont il-liturġija.
Aċċessorji tal-Knejjes

Sas-snin tmenin, kull tifel kien ikollu artal - Pawlu kiber f'din it-tradizzjoni u għadu sal-lum jagħmel, gandlieri, vażuni, ġilandri u ornamenti oħra konessi mal-artal għal kull żmien matul is-sena.
Disinn u Sfumar

Tul is-snin, Pawlu ħoloq disinni ta' diversi pavaljuni u progetti tad-drapp għal ħafna festi madwar Malta, speċjalment dik f'Birkirkara, ta' Santa Liena, fejn kien l-moħħ wara ħafna mis-sorpriżi popolari li għadhom jitgawdew sal-lum il-ġurnata.